Bird watching Bird watching

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal BIRD WATCHING għandha żewġ partijiet. L-ewwel, l-idejn jieħdu l-forma ta‘ O u jitqiegħdu quddiem l-għajnejn, bis-swaba’ l-kbar imissu. Ir-ras iddur ftit lejn il-ġenb imbagħad lura. Il-ħuġbejn jitkemmxu ftit bħal meta wieħed ikun qed jara b’diffikultá. Imbagħad ikompli s-sinjal għal GĦASFUR. Dan is-sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ L bil-pala ta’ l-id tħares ’il barra maġenb il-ħalq jew tgħatti l-ħalq. Is-saba’ l-kbir u l-werrej jingħalqu ħafif ħafif u jinfetħu darbtejn jew iktar.

The sign for BIRD WATCHING has two parts. First, the hands take the shape of O and are placed in front of the eyes, with the thumbs touching. The head turns a little towards the side and then back again. The eyebrows wrinkle as when one struggles to see something. Then the sign for BIRD follows. This sign is made with one hand in the L shape, palm facing out and near or covering the mouth. The thumb and the index finger move in a light closing and opening movement twice or more.